Portal tad-data Ewropew

X'Nagħmlu Aħna

X'Nagħmlu Aħna

Il-Portal tad-Data Ewropew jaħżen il-metadata tal-Informazzjoni tas-Settur Pubbliku li hija disponibbli fuq il-portals tad-data pubbliċi madwar il-pajjiżi Ewropej. L-informazzjoni dwar il-provvediment tad-data u l-benefiċċji tal-użu mill-ġdid tad-data hija inkluża wkoll.

X'inhija d-Data Miftuħa?

Id-Data (tal-Gvern) Miftuħa  tirreferi għall-informazzjoni miġbura, prodotta jew imħallsa mill-korpi pubbliċi (magħrufa wkoll bħala l-Informazzjoni tas-Settur Pubbliku) u hija liberament disponibbli għall-użu mill-ġdid għal kwalunkwe skop. Il-liċenzja se tispeċifika t-termini tal-użu. Dawn il-prinċipji għad-Data Miftuħa huma deskritti fid-dettall fid-Definizzjoni Miftuħa.

L-informazzjoni tas-settur pubbliku hija informazzjoni miżmuma mis-settur pubbliku. Id-Direttiva dwar l-użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku tipprovdi qafas legali komuni għal suq Ewropew għad-data miżmuma mill-gvern. Din hija mibnija madwar il-pilastri ewlenin tas-suq intern: il-fluss liberu tad-data, it-trasparenza u l-kompetizzjoni ġusta. Huwa importanti li wieħed jinnota li mhux l-informazzjoni kollha tas-settur pubbliku hija Data Miftuħa.

Kun af aktar dwar id-Direttiva PSI u dwar attivitajiet mhux leġiżlattivi oħrajn tad-DĠ CONNECT f'dan il-qasam.

 

Dwar il-Portal tad-Data Ewropew

Lil hinn mill-ħażna tal-metadata, l-objettiv strateġiku tal-Portal tad-Data Ewropew huwa li tittejjeb l-aċċessibbiltà u jiżdied il-valur tad-Data Miftuħa:

  • Aċċessibbiltà: Kif għandek taċċessa din l-informazzjoni? Fejn għandek issibha? L-ewwel nett kif għandek tagħmilha disponibbli? F'dominji, bejn dominji, bejn pajjiżi? F'liema lingwa?
  • Valur: Għal liema skop u għal liema gwadann ekonomiku? Gwadann tas-soċjetà? Gwadann demokratiku? F'liema format? X'inhija l-massa kritika?

Il-Portal tad-Data Ewropew jindirizza il-katina tal-valur sħiħa tad-data mill-pubblikazzjoni tad-data għall-użu mill-ġdid tad-data.

 

Ġewwa l-Portal, it-taqsimiet huma ddedikati għal dawn li ġejjin

It-Tfittxija tas-settijiet tad-data: Il-kategoriji ġew stabbiliti biex jagħtu struttura lill-metadata maħżuna mid-diversi pajjiżi. Dawn il-kategoriji jsegwu r-reviżjoni tal-Profil tal-Applikazzjoni DCAT u huma kklassifikati bit-Teżawru tal-Eurovoc.

Il-Provvediment tad-Data: Din it-taqsima tixħet dawl fuq il-fehim tad-Data Miftuħa mill-perspettiva tal-fornitur tad-data. Barra dan, l-istruzzjonijiet huma offruti għal dawk li jixtiequ li l-portal tad-data tagħhom jinġabar mill-Portal tad-Data Ewropew

L-Użu tad-Data: Kif qiegħda tintuża d-Data Miftuħa, kif ukoll il-benefiċċji ekonomiċi tad-Data Miftuħa huma ddettaljati f'din it-taqsima

It-Taħriġ u l-Librerija: Moduli tat-tagħlim elettroniku dwar id-Data Miftuħa kif ukoll gwidi relatati mat-taħriġ u pubblikazzjonijiet ta' referenza bbażati fuq l-għarfien dwar id-Data Miftuħa u l-proġetti kkaratterizzati.

Il-portali jistgħu jkunu nazzjonali, reġjonali, lokali jew speċifiċi għal dominju. Dawn ikopru t-28 Stat Membru tal-UE, iż-ŻEE, il-pajjiżi involuti fil-politika tal-viċinat tal-UE u l-Iżvizzera.

Skopri kif għandek tuża l-portal

 

Il-Portal tad-Data Ewropew jaħżen il-metadata tad-data pubblika li hija disponibbli madwar l-Ewropa. Il-katalogi tad-data ta' oriġini jista' jkun fihom settijiet tad-data bi żbalji. Il-Portal se jivvaluta dawn l-iżbalji u jikkomunikahom lura lis-sidien tal-katalgi. Dan se jikkontribwixxi għat-titjib tal-kwalità tal-metadata u tad-data disponibbli fl-Ewropa kollha.

Dan il-Portal huwa żviluppat mill-Kummissjoni Ewropea bl-appoġġ ta' konsorzju mmexxi minn Capgemini, inklużi INTRASOFT International, Fraunhofer Fokus, con terra, Sogeti, l-Open Data Institute, Time.Lex u l-Università ta' Southampton.

Għal mistoqsijiet speċifiċi jekk jogħġbok ikklikkja fuq il-linkli ġej.

Il-kamp ta' applikazzjoni speċifiku tad-Data Miftuħa użat fi ħdan il-Portal tad-Data Ewropew huwa data ppubblikata mill-amministrazzjonijiet pubbliċi jew f'isimhom.

Il-metadata fiha l-informazzjoni magħmula disponibbli mas-sett tad-data mill-pubblikatur inizjali. Liċenzji differenti, jew nuqqas ta' liċenzja jistgħu jseħħu u l-użi mill-ġdid huma mistiedna biex jikkontrollaw mas-sidien/mal-pubblikaturi tad-data dwar x'termini u kundizzjonijiet japplikaw għall-użu mill-ġdid tad-data.