Portal tad-data Ewropew

Avviż Legali

Avviż Legali

L-informazzjoni fuq dan is-sit hija soġġetta għal dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà, avviż tad-drittijiet tal-awtur u regoli relatati mal-protezzjoni tad-data personali.

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà

Il-Kummissjoni Ewropea tieħu ħsieb dan is-sit web biex ittejjeb l-aċċess pubbliku għal informazzjoni dwar l-inizjattivi tagħha u l-politiki tal-Unjoni Ewropea inġenerali. L-għan tagħna huwa li nżommu din l-informazzjoni f'waqtha u preċiża. Jekk jinġiebu għall-attenzjoni tagħna żbalji, ser nippruvaw nikkoreġuhom.
Madankollu, il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà b'xi mod jew ieħor fir-rigward tal-informazzjoni fuq dan is-sit.

Din l-informazzjoni:

  • hija ta' natura ġenerali biss u mhijiex maħsuba biex tindirizza ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' xi individwu jew entità partikolari;
  • mhijiex neċessarjament komprensiva, sħiħa, preċiża jew aġġornata;
  • hija xi drabi marbuta ma' siti esterni li s-servizzi tal-Kummissjoni m'għandhom l-ebda kontroll fuqhom u li l-Kummissjoni ma tassumi l-ebda responsabbiltà għalihom;
  • mhijiex parir professjonali jew parir (jekk teħtieġ parir speċifiku, dejjem għandek tikkonsulta professjonista kkwalifikat bix-xieraq).

Jekk jogħġbok innota li ma jistax jiġi ggarantit li dokument disponibbli online jirriproduċi eżattament test adattat uffiċjalment. Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea biss (l-edizzjoni stampata tiegħu, jew mill-1 ta' Lulju 2013 l-edizzjoni elettronika tiegħu disponibbli fuq is-sit web EUR-Lex), huwa awtentiku u jipproduċi effetti legali.

Huwa l-għan tagħna li nnaqqsu x-xkiel ikkawżat minn żbalji tekniċi. Madankollu xi data jew informazzjoni fuq is-sit tagħna jaf inħolqot jew ġiet strutturata f'fajls jew f'formati li mhumiex ħielsa mill-iżbalji u ma nistgħux niggarantixxu li s-servizz tagħna mhuwiex ser jiġi interrott jew mhuwiex se jiġi affettwat b'mod ieħor minn problemi bħal dawn. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta' problemi bħal dawn li jseħħu bħala riżultat tal-użu ta' dan is-sit jew siti esterni llinkjati.

Din id-dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà mhijiex maħsuba biex tillimita r-responsabbiltà tal-Kummissjoni f'kontravenzjoni għal xi wieħed mir-rekwiżiti stipulati fil-liġi nazzjonali applikabbli u lanqas biex teskludi r-responsabbiltà tagħha għal kwistjonijiet li jistgħu ma jkunux esklużi taħt din il-liġi.

Il-Portal tad-Data Ewropew huwa żviluppat mill-Kummissjoni Ewropea bl-appoġġ ta' konsorzju mmexxi minn Capgemini Consulting, inkluż INTRASOFT International, Fraunhofer FOKUS, con terra, Sogeti, 52 North, the Lisbon Council, Time.Lex u l-Università ta' Southampton.
Numru ta' kuntatt: LC-00644764
Numru SMART: 2017-1123

Avviż tad-drittijiet tal-awtur

© Unjoni Ewropea, 1995-2019

L-użu mill-ġdid huwa awtorizzat, diment li s-sors jiġi rikonoxxut. Il-politika tal-użu mill-ġdid tal-Kummissjoni Ewropea hija implimentata minn Deċiżjoni tat-12 ta' Diċembru 2011 [728KB] .

Il-prinċipju ġenerali tal-użu mill-ġdid jista' jiġi soġġett għal kondizzjonijiet li jistgħu jiġu speċifikati fl-avviżi tad-drittijiet tal-awtur individwali. Għalhekk, l-utenti huma rakkomandati li jirreferu għall-avviżi tad-drittijiet tal-awtur tas-siti web individwali li jinżammu minn Europa u tad-dokumenti individwali. L-użu mill-ġdid mhuwiex applikabbli għal dokumenti soġġetti għad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali ta' partijiet terzi.

Protezzjoni tad-Data Personali

L-Unjoni Ewropea hija impenjata lejn il-privatezza tal-utent. Dan is-sit web u s-servizzi kollha li jiġu pprovduti permezz tiegħu jiġu pprovduti skont ir- Regolament (KE) Nru 45/2001  [234 KB] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000, kif ukoll ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data).

Għalkemm tista' tibbrawżja f'dan is-sit web u tuża xi wħud mis-servizzi tiegħu mingħajr ma tagħti xi informazzjoni dwarek direttament, f'xi każijiet, hija meħtieġa informazzjoni personali sabiex jiġu pprovduti s-servizzi elettroniċi li titlob.

Dan is-sit web u s-servizzi kollha li jiġu pprovduti permezz tiegħu jiġu offruti lilek f'isem l-Unjoni Ewropea, għalkemm xi informazzjoni li nipprovdu toriġina minn partijiet terzi (ara "Data personali pprovduta minn partijiet terzi" hawn taħt). Għal kwalunkwe informazzjoni jew mistoqsija dwar il-protezzjoni tad-data fuq dan is-sit web jew is-servizzi elettroniċi tiegħu, tista' tikkuntattjana permezz tal-kanali pprovduti fuq il- paġna ta' kuntatt.

Id-data personali li tiġi aċċessata permezz ta' dan is-sit web tista' tkun relatata ma' informazzjoni li tipprvodilna direttament (billi jinħoloq kont tal-utent jew billi tikkuntattjana, inkluż billi twieġeb għal stħarriġ, permezz tal-paġna ta' kuntatt, jew billi tabbona għall-bullettin tagħna), jew indirettament (permezz ta' ġbir ta' data personali awtomatizzat permezz tal-brawżer tiegħek).

Fl-ewwel każ (data li tipprovdilna direttament), id-data personali li tiġi pproċessata minna hija limitata għad-data personali li tagħżel li tipprovdi, li tista' tinkludi ismek, informazzjoni ta' kuntatt, affiljazzjoni u kwalunkwe informazzjoni oħra li tagħżel li tiżvela. Tali informazzjoni ser tintuża biss għall-iskopijiet li ġejjin:

  • komunikazzjoni miegħek bi tweġiba għal xi talba li tagħmel;
  • nipprovdulek aċċess għas-servizzi elettroniċi li tixtieq tuża, inkluż permezz tal-użu tas-sistema ta' awtentikazzjoni esterna ta' EU-Login;
  • personalizzazzjoni tal-informazzjoni jew servizzi elettroniċi li huma ta' interess għalik;
  • il-ħolqien ta' statistika aggregata u anonima tal-imġiba tal-utent fuq is-sit web tagħna, speċifikament bl-oġġettiv tal-fehim tal-użu tiegħu, u t-titjib tas-sit u l-iżgurar tal-funzjonament korrett tiegħu;
  • biex jiġu identifikat u indirizzat kwalunkwe abbuż jew kwistjoni ta' sigurtà;
  • l-iskopijiet żvelati lilek meta jsir il-ġbir tad-data, eż. analiżi ta' stħarriġ jew għoti ta' bullettini.

Fil-każ tal-aħħar (data li tinġabar awtomatikament), id-data personali hija limitata għall-kategoriji ta' informazzjoni li ġejjin:

  • cookies, kif deskritt hawn;
  • it-tip ta' softwer tal-brawżer tal-web li tuża;
  • l-isem tad-domain minn fejn taċċessa l-Internet;
  • l-indirizz tal-Internet tas-sit web li minnu llinkjajt direttament mas-sit;
  • id-data u l-ħin li taċċessa s-Sit;
  • liema paġni żort fuq is-Sit.

Tali informazzjoni ser tintuża esklussivament għall-iskopijiet tal-ħolqien ta' statistika aggregata u anonima tal-imġiba tal-utent fuq is-sit tagħna, speċifikament bl-oġġettiv li jitjieb is-sit u li jiġi żgurat il-funzjonament korrett tiegħu; il-personalizzazzjoni tal-informazzjoni jew tas-servizzi elettroniċi li huma ta' interess għalik; u biex identifikati u indirizzati kwalunkwe abbużi jew kwistjonijiet ta' sigurtà.

Il-bażi legali għall-attivitajiet ta' pproċessar hija, sa fejn tagħżel li tipprovdilna data personali, il-kunsens tiegħek. Barra minn hekk, fir-rigward tad-data li tinġabar awtomatikament minna, il-bażi legali għall-ipproċessar fir-rigward tal-cookies hija l-kunsens tiegħek. Għal tipi oħrajn ta' data li tinġabar awtomatikament, il-bażi legali hija wkoll l-interess leġittimu tagħna li nżommu s-sit web operazzjonali b'mod sħiħ u funzjonali bl-aħjar mod.

Id-data tiegħek mhijiex ser tiġi żvelata lil partijiet terzi mingħajr il-kunsens tiegħek, bl-eċċezzjoni ta' partijiet terzi involuti minna biex joperaw u jappoġġjaw dan is-sit. Dawn il-partijiet terzi huma marbutin bi ftehimiet biex tiġi żgurata l-konformità ma' din il-politika. Id-data personali tiegħek mhijiex ser tiġi ttrasferita lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali.

Aħna nieħdu passi raġonevoli biex nipproteġu d-data personali tiegħek minn telf, użu ħażin, u aċċess mhux awtorizzat, żvelar, bidla jew qerda. Madankollu, għandek iżżomm f'moħħok li l-ebda trażmissjoni tal-Internet qatt ma tista' tkun 100 % sigura jew mingħajr żbalji.

Id-data personali tiegħek ser tinżamm minna sakemm tkompli tuża s-sit u kwalunkwe servizz elettroniku relatat mas-sit, inkluż billi żżomm kont fuq dan is-sit web, jew sakemm ikun meħtieġ għalina biex nimmaniġġjaw ir-responsabbiltajiet legali tagħna. Data personali li tinġabar awtomatikament mhijiex ser tinżamm minna għal aktar minn sena wara l-aktar żjara riċenti tiegħek.

Inti għandek id-dritt li titlob aċċess għal u retifika jew tħassir tal-informazzjoni tiegħek, jew li tillimita l-ipproċessar tal-informazzjoni tiegħek, u li toġġezzjona għall-ipproċessar tagħha (inkluż billi tirtira l-kunsens tiegħek, kif applikabbli) kif ukoll id-dritt għall-portabbiltà tad-data. Sabiex teżerċita dawn id-drittijiet jew biex tikseb informazzjoni dwar il-modalitajiet applikabbli, jekk jogħġbok ikkuntattjana billi tuża l-informazzjoni ta' hawn fuq. Jekk jogħġbok innota li l-eżerċitar tad-drittijiet tiegħek jista' jiġi soġġett għal restrizzjonijiet, eż. sabiex jippermettilna nikkonformaw mal-liġijiet applikabbli jew biex nipproteġu d-drittijiet tal-protezzjoni tad-data ta' partijiet terzi. Inti għandek id-dritt li tressaq ilment mal-awtorità tal-protezzjoni tad-data tiegħek.

Data personali pprovduta minn partijiet terzi

Jekk jogħġbok innota li s-sit web tagħna fih links għal siti ta' partijiet terzi u riżorsi pprovduti minn partijiet terzi (prinċipalment permezz ta' repożitorji tad-data miftuħa u integrazzjoni tal-midja soċjali). Barra minn hekk, is-sit web tagħna jippubblika metadata speċifika relatata ma' dawn ir-riżorsi, li jinkisbu direttament mill-informazzjoni inkluża f'dawn ir-riżorsi. Din il-metadata jista' jkun fiha data personali, bħall-ismijiet u data ta' kuntatt tal-persuni involuti fil-ħolqien jew fl-immaniġġjar ta' dawn ir-riżorsi.

Is-sit web tagħna jippubblika tali data personali abbażi tal-interess leġittimu tagħna biex jiżgura li l-informazzjoni li ssir disponibbli għall-pubbliku mis-sors tad-data oriġinali tiġi riflessa b'mod preċiż fir-repożitorju tagħna, u li l-partijiet terzi jkunu jistgħu jikkuntattjaw lill-persuni rilevanti bil-mod mixtieq mis-sors tad-data oriġinali. Din tiġi pproċessata b'mod sigur għall-iskopijiet tal-iffaċilitar tal-aċċessibbiltà u l-użabilità ta-repożitorji tad-data miftuħa li jistgħu jiġu skoperti permezz ta' dan is-sit web.

Madankollu, peress li aħna ma nikkontrollawx ir-riżorsi tal-partijiet terzi jew id-data personali oriġinali li tinsab fihom, ma nistgħux inkunu responsabbli għall-preċiżjoni, il-kompletezza jew ir-rilevanza tagħha, lanqas ma nistgħu nidentifikaw meta tkun kunfidenzjali jew tiġi ppubblikata bi żball. Tali riżorsi jiġu pprovduti mingħajr assigurazzjonijiet (espliċiti jew impliċiti) tal-legalità jew l-idoneità tagħhom għall-iskopijiet tiegħek. Aħna nħeġġu lil kwalunkwe utent tas-sit web tagħna biex jirrevedi l-politiki tal-privatezza rilevanti tas-sorsi oriġinali u biex jaderixxi magħhom, u biex jindirizza kwalunkwe talba tad-drittijiet tal-protezzjoni tad-data rilevanti relatata ma' dawk ir-riżorsi tal-partijiet terzi għas-sors oriġinali, li ser tirriżulta fid-data tagħna stess tiġi kkoreġuta awtomatikament fil-ħin.

Jekk l-indriizzar tal-kwistjoni mas-sorsi oriġinali ma jsolvix il-problema tiegħek, jew jekk tħoss li l-użu tagħna tad-data personali mhuwiex f'konformità mal-liġi tal-protezzjoni tad-data irrispettivament mil-legalità tas-sors oriġinali, jekk jogħġbok ikkuntattjana billi tuża l-informazzjoni ta' hawn fuq u aħna ser nindirizzaw it-tħassib skont l-aħjar ħila tagħna. L-istess proċeduri u drittijiet japplikaw għal data personali li niġbru aħna stess. Madankollu, innota li aħna ma nistgħux nassumu responsabbiltà għal konformità ta' parti terza mal-liġi tal-protezzjoni tad-data, u li inti, fi kwalunkwe rata, tibqa' responsabbli b'mod sħiħ biex tikkonforma mal-liġi tal-protezzjoni tad-data għal kwalunkwe attività ta' pproċessar li twettaq fir-rigward tad-data personali miksuba permezz ta' dan is-sit u permerzz tas-servizzi elettroniċi.

X'inhu servizz elettroniku?

  1. Servizzi ta' informazzjoni li jipprovdu liċ-ċittadini, lill-midja, lin-negozji, lill-amministrazzjonijiet u lil persuni oħrajn li jieħdu deċiżjonijiet b'aċċess faċli u effettiv għall-informazzjoni, b'hekk tiżdied it-trasparenza u l-fehim tal-politiki u tal-attivitajiet tal-UE;
  2. Servizzi ta' komunikazzjoni interattivi li jippermettu kuntatti aħjar maċ-ċittadini, man-negozji, mas-soċjetà ċivili u mal-atturi pubbliċi, b'hekk jiġu ffaċilitati l-konsultazzjonijiet tal-politika, il-mekkaniżmi tal-feedback, sabiex jikkontribwixxu għall-iffurmar tal-politiki, l-attivitajiet u s-servizzi tal-UE
  3. Servizzi ta' tranżazzjoni li jippermettu aċċess għall-forom bażiċi kollha ta' tranżazzjonijiet mal-UE, eż. akkwist, operazzjonijiet finanzjarji, reklutaġġ, reġistrazzjoni ta' avvenimenti, akkwiżizzjoni jew xiri ta' dokumenti eċċ.

Kif nittrattaw l-ittri elettroniċi li tibgħatilna?

Meta tibgħat messaġġ bħal dan, id-data personali tiegħek tinġabar biss sal-limitu meħtieġ għal tweġiba. Jekk it-tim tal-maniġment tal-mailbox ma jkunx jista' jwieġeb il-mistoqsija tiegħek, dan ser jibgħat l-ittra elettronika tiegħek lil servizz ieħor. Inti ser tiġi infurmat, b'ittra elettronika, dwar lil liema servizz intbagħtet il-mistoqsija tiegħek.

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar l-ipproċessar tal-ittra elettronika tiegħek u data personali relatata, tiddejjaqx tinkludihom fil-messaġġ tiegħek.

Mapep

Id-denominazzjonijiet imħaddma u l-preżentazzjoni tal-materjal fid-data jew fil-mapep offruti permezz ta' dan is-sit web ma jimplikawx l-espressjoni ta' kwalunkwe opinjoni għan-nom tal-Unjoni Ewropea li tikkonċerna l-istatus legali ta' xi pajjiż, territorju, belt jew żona jew tal-awtoritajiet tagħha, jew li tikkonċerna d-delimitazzjoni tal-fruntieri jew il-konfini tagħha. Kosovo*: Din id-denominazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet fuq l-istatus, u hija f'konformità ma' UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikajrazzjoni ta' indipendenza tal-Kosovo. Palestina*: Din id-denominazzjoni m'għandhiex tiġi interpretata bħala rikonoxximent ta' Stat tal-Palestina u hija mingħajr preġudizzju lejn il-pożizzjonijiet individwali tal-Istati Membri fuq din il-kwistjoni.